Aħbar sabiħa għall-ammiraturi tas-sensiela tal-kotba Harry Potter, hekk kif l-awtriċi tal-ktieb JK Rowling, ħabbret li s-sensiela se tkompli. Id-data tant mistennija se tkun wara nofsillejl tal-31 ta’ Lulju ta’ din is-sena.
JK Rowling spjegat kif l-istorja tal-ktieb ‘Harry Potter and the Cursed Child’, se tibbaża ruħha fuq 19-il sena wara l-aħħar novell, iġifieri wara ‘Harry Potter and the Deathly Hallows’. B’hekk wara 9 snin mill-aħħar ktieb, fl-2007, se tkompli din is-sensiela tant popolari madwar id-dinja kollha.
L-awtriċi Ingliża ħabbret kif issa l-karattru prinċipali kiber u qed jaħdem fil-Ministeru tal-Maġija. Spjegat kif Harry Potter huwa miżżewweġ u għandu tlett itfal, fejn in-novell se jibbaża l-aktar fuq l-iżgħar tifel tiegħu, Albus Severus Potter.
The Blair Partnership, li hi l-aġenzija letterarja ta’ JK Rowling, stqarret li waslet għall-konklużjoni li joħorġu dan in-novell wara li r-reċta li se tintwera f’Londra kellha domanda kbira mill-ammiraturi madwar id-dinja. Huma spjegaw li wara d-domanda kbira min-nies li ma jistgħux jaraw din il-produzzjoni f’Londra, sfaw diżappuntati u xtaqu li jaqraw l-istorja.
Il-pubblikaturi Ingliżi tas-sensiela kollha ta’ Harry Potter, Bloomsbury, ukoll żvelat li f’għeluq l-20 anniversarju tal-ewwel ktieb, jiġifieri fl-2017, se jiġu ppublikati erba’ kotba oħra li se jittrattaw id-djar tal-iskola Hogwarts: Gryffindor, Hufflepuff, Ravenclaw u Slytherin.
//= $special ?>