Lokali

“Il-Kummissarju għandu jinvestiga l-iskandlu Gaffarena mingħajr aktar dewmien” – Simon Busuttil

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-iskandlu Gaffarena mingħajr aktar dewmien”. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan fi tweet wara l-aħbar li l-Pulizija għadhom ma bdewx jinvestigaw l-iskandlu Gaffarena.

Aktar kmieni, NETnews.com.mt irrapporta artiklu ppubblikat mill-ġurnal Times of Malta, li fih ġie rappurtat li l-Pulizija ma kinux qed jinvestigaw l-iskandlu meta kienu marru fid-Dipartiment tal-Artijiet.