Lokali

Numru ta’ riżenji mill-produzzjoni artistika “Ħabbilni Ħa Nirbaħ”

Il-produzzjoni teatrali ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ tinsab mingħajr Direttur Teatrali, wara r-riżenja ta’ Sean Buhagiar, u mingħajr id-diżinjatur tas-sett Adrian Mamo, li rriżenja qabel it-tlestija tas-sett.

Jidher li Buhagiar irriżenja wara argument jaħraq mal-Producer Eżekuttiv Mario Philip Azzopardi, waqt li attenda l-ewwel full rehearsal nhar il-Ħadd li għadda, ħamest’ijiem qabel l-ewwel rappreżentazzjoni.

Ir-riżenja ta’ Adrian Mamo seħħet wara inċident ieħor, din id-darba li seħħ it-Tnejn li għadda, hekk kif jidher li Azzopardi kellu argument ieħor fuq is-sett teatrali. Minflok Mamo ma nħatar ħadd u Azzopardi ddeċieda li jkompli jiddiżinjah hu.

Mario Philip Azzopardi kien id-direttur ta’ kampanja tal-Partit Laburista li dehret fuq it-televiżjoni qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.