Sport Sport Ieħor

Il-Grupp Famalco jorganizza turnament tal-billiard

Matul l-aħħar ġimgħat, l-impjegati, flimkien mad-diretturi tal-Grupp Famalco organizzaw turnament tal-billiard. L-avveniment sar f’ambjent rilassanti, għall-ħoss ta’ mużika rock li ndaqqet minn fuq il-juke box fix-showroom ta’ FAPI Motors Ltd, f’ Ħ’Attard.

Din serviet bħala opportunita’ tajba fejn l-impjegati tal-Grupp Famalco setgħu jiltaqgħu flimkien f’ċirkostanzi differenti minn dawk tas-soltu.

Dan minħabba l-fatt li ix-showroom li matul il-ġurnata tintuża biex tesebixxi muturi tad-ditti Harley-Davidson u KTM serviet bħala post fejn l-impjegati setgħu jiltaqgħu f’ambjent informali li jixbaħ iktar dak ta’ bar.

Hermann Mallia, direttur tal-Grupp qal, “Li jkun hemm relazzjoni tajba bejn l-impjegati u l-management hi mportanti immens. Dawn l-avvenimenti qed iwasslu biex it-tim isir dejjem aktar magħqud. Id-dedikazzjoni u l-impenn li l-impjegati juru lejn l-Grupp huwa xiehda ta’ dan.”

Aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, il-Grupp Famalco baqa’ dejjem jikber u jiddiversifika f’setturi differenti. Riċentament il-Grupp nieda s-sit www.FamalcoCareers.com li jelenka l-opportunitajiet ta’ xogħol ma’ kumpaniji fi ħdan il-Grupp Famalco. Kandidati interessati japplikaw jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu id-dettalji u c-CV tagħhom direttament minn dan is-sit. Biex japplika, wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq hr@famalco.net. Kull applikazzjoni tiġi trattata f’kunfidenzjalità.