Il-Kuntistabbli li ġiet aggredita minn raġel li qal li hu gwardjan lokali ma tinsabx tajjeb u qed tilmenta minn uġiegħ, tant li matul il-ġurnata kellha żżur żewġ professuri.
Qal dan l-Ispettur Sandro Camilleri, President tal-Police Officers’ Union, f’messaġġ fuq Facebook fejn spjega li jista’ jagħti l-każ li l-istress li sofriet din il-Kuntistabbli jista’ jwassal ukoll għal kumplikazzjonijiet fuq saħħet it-tarbija.
Camilleri spjega li qabel ġara dan il-każ it-Tlieta filgħaxija fil-Floriana, meta r-raġel beda joffendi u jinsulenta lil din il-mara, filwaqt li sabbat fuq il-karozza u heddidha, hi kienet f’saħħitha u eżamijiet mediċi urew li fit-tqala kollox kien sew.
//= $special ?>