Kurżitajiet

L-attur Tom Cruise jinsab f’Malta

L-attur Amerikan Tom Cruise jinsab f’pajjiżna fejn mistenni li jipprepara għal ġbid ta’ film propju f’Malta. Il-vista tiegħu titratta l-film li se jkun maħdum mill-ġdid ta’ The Mummy. Sorsi infurmawna li t-tim tal-produzzjoni żar diversi siti madwar Malta fosthom il-Forti Ricasoli fil-Kalkara.

Tom Cruise, li għandu 53 sena, u wieħed mill-aktar atturi famużi fid-dinja fejn kien attur prinċipali f’numru ta’ films, fosthom Top Gun, Mission Impossible, Rock of Ages u Oblivion.

Matul dawn l-aħħar snin, Malta ġibded numru ta’ atturi lejn pajjiżna li tkompli tkabbar l-industrija tal-films f’siti turistiċi f’pajjiżna. Atturi li żaru l-pajjiżna dan snin huma atturi bħal Tom Hanks, Angelina Jolie, Brad Pitt u Sean Connery.