Gazzetti

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 13 TA’ FRAR 2016

IN-NAZZJON fil-faċċata ttina ritratt ta Shyli Cassar, tfajla ta’ 16-il sena li fl-aħħar jiem ġibdet l-attenzjoni permezz tat-talent mużikali tagħha. In-Nazzjon illum għandha intervista ma’ din it-tfajla. Fi storja oħra In-Nazzjon titkellem ir-reazzjoni ta’ sodisfazzjon tal-Kamra tal-Avukati għall-Abbozz ta’ Liġi mressaq mill-Partit Nazzjonalista b’rabta ma’ riforma fil-mod kif isiru l-ħatriet fil-ġudikatura. Storja oħra fil-faċċata tirraporta l-laqgħa bejn l-MHRA u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

THE TIMES OF MALTA fil-faċċata bi prominenza tirraporta kif residenti Sengeljani li fl-aħħar jiem kienu ressqu każ quddiem il-qorti kontra Palumbo minħabba allegazzjoni ta’ storbju eċċessiv issa qegħdin jiġu mhedda mill-kumpanija sabiex iħallsu l-ispejjeż tal-kawża li tilfu. Fil-faċċata The Times ittina wkoll ritratt ta’ prostesta minn xi individwi quddiem il-Berġa ta’ Kastilja. Fi storja oħra The Times tirraporta dwar l-iskiet assolut tal-Ministeru tal-Intern b’rabta ma’ l-inkjesta interna li kellha ssir wara l-każ ta’ mewt persuna waqt li kien taħt arrest fil-21 ta’ Jannar ta’ din is-sena.

L-ORIZZONT fil-faċċata titkellem dwar il-każ kostituzzjonali dwar it-Tribunal Industrijali u tgħid li l-GWU ngħatat raġun mill-qorti. Fi storja oħra L-Orizzont tgħid li s’issa Malta ma rrilokat ebda refuġjat; tgħid li bgħatet numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Intern iżda dan baqgħa ma’ weġibx.

THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata turi ritratt ta’ l-artist Tom Cruise u tgħid li dan qiegħed Malta. Fi storja oħra The Malta Independent tgħid li l-Unjoni Ewropea jidher li ser timponi xi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġar bla passaport bejn pajjiżi fi ħdan iż-żona Schengen. Fi storja oħra jiġi żvelat kif il-Ministeru tal-Edukazzjoni l-ewwel ħareġ ordni sabiex ma’ jsiru ebda promozzjonijiet fl-Universita’ ta’ Malta sakemm issir il-ħatra ta’ rettur ġdid mbgħad din l-ordni ġiet rtirata.