Lokali

FILMAT: Raġel iweġġa’ f’inċident fil-Gudja; jinħareġ mill-karozza mill-Protezzjoni Ċivili

Raġel ta’ 58 sena weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Gudja tard il-Ħadd filgħaxija.

Fl-inċident, li seħħ ftit qabel it-8 ta’ filgħaxija, kienu involuti b’kollox tlett karozzi, fosthom Maruti li kienet qed tinstaq mir-raġel li weġġa’ fl-inċident.

Il-maruti kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Gudja, meta karozza oħra tat-tip Honda Civic, li kienet qed tinstaq wara l-Maruti, ħabtet fiha. Bil-konsegwenza tal-impatt, il-Maruti baqgħet dieħla f’karozza oħra tat-tip Renault li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Il-Honda Civic kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena resident Ħaż-Żabbar, filwaqt li t-tielet karozza, ir-Renault, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Imqabba.

L-inċident seħħ fi Triq Dawret il-Gudja u fuq il-post dehru numru kbir ta’ Pulizija li assistew.

Ir-raġel, li minn informazzjoni li għandu Net News hu xufier ta’ karozza tal-linja, kellu jinħareġ mill-vettura tiegħu b’intervent minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.

incident gudja 2