Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li hedded raġel b’sikkina

Raġel ta’ 33 sena tressaq il-Qorti akkużat li hedded raġel ieħor b’sikkina u li rrifjuta li jikkopera mal-Pulizija.

Ir-raġel, Ibrahim Muhudin Omar mis-Somalja wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi meta tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu. Madanakollu hu nżamm arrestat.

L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu f’appartament fl-Imsida.