Jum San Valentinu huwa l-jum tal-imħabba, imma kulħadd iqattgħu bl-istess mod? Tkellimna ma’ xi personalitajiet fejn staqsejnihom kif qed iqattgħu dan il-jum tal-14 ta’ Frar u xi tfisser l-imħabba għalihom.
Ron Briffa u Francesca Polidano:
Francesca: “Għalija jum San Valentinu huwa jum bħall-oħrajn. M’inhix xi fan kbira tiegħu, għax naħseb li hu xi ħaġa kummerċjali żżejjed. Morna nieklu f’nofsinhar, iżda dan mhux għax San Valentinu iżda bħal kull ma nagħmlu kull nhar ta’ Ħadd.”
Ron: “Dawk li huma qrib tiegħi sew, jafu li ma tantx niggusta lil San Valentinu, mhux lil qaddis per se, imma dak kollu li hu abbinat ma’ din il-festa fid-dinja materjalista tagħna. Għaldaqstant, se jkun Ħadd bħall-oħrajn.”
Francesca: “L-imħabba għalija tfisser rispett, komunikazzjoni tajba, sagriffiċju u fuq kollox relazzjoni ta’ ħbiberija speċjali mal-partner tiegħek.”
Ron: “L-imħabba tirrikjedi ħafna paċenzja, fiduċja, mumenti li fihom tisma’ aktar milli tgħid iżda fuq kollox, iktar ma tagħti imħabba, iktar tirċievi lura.”
Chris Micallef u Valenteen Camilleri:
Chris: “Din is-sena San Valentinu ġej il-Ħadd u allura sfortunatament, minħabba l-programm Replay mhux se nkun nista’ ngawdih ma’ Valenteen, iżda minflok se nkun qed ngawdih mal-kollegi tal-programm. Sinċerament naraha li din il-festa saret wisq kummerċjalizzata u nemmen li San Valentinu għall-maħbubin għandu jkun kuljum u mhux fl-14 ta’ Frar biss.
Valenteen: “Mal ħbieb u l-familja għaliex Chris se jkun impenjat bil-produzzjoni u l-presentazzjoni ta’ Replay.”
Chris: “L-imħabba hija meta int tkun lest li tissagrifika kollox għal persuna oħra, kif ukoll rispett lejn il-persuna l-oħra!”
Valenteen: “L-imħabba tfisser rispett u lealtà”
Freddie Portelli u Carmen Portelli:
Freddie: “Matul il-ġurnata, jien u Carmen, se mmorru nieklu xi ħaġa flimkien f’Jum San Valentinu. Imbagħad filgħaxija diġa’ pjanat li għandi xow skedata.”
Freddie: “Għalina l-imħabba hi kollox. Tista’ tgħid li ilna flimkien minn mindu waqatilna żokortna. Biss biss, iltqajt ma’ Carmen meta kelli biss 18-il sena, u issa ilna miżżewġin għall-44 sena! Jekk Alla jrid issa daqt nidħol għas-73 sena, u xorta waħda għadni ‘nirrockja’!
//= $special ?>