Lokali

Xena differenti fil-Ħamrun.. ta’ taħt fuq

Xena li laqtet l-għajn fi Triq il-Kbira l-Ħamrun, dehret fuq il-Każin tal-Partit Laburista. Filfatt, ritratt li deher fuq il-media soċjali juri l-bandiera tal-Partit Laburista mtella’ mal-arblu tal-istess każin. Bid-differenza.. li din kienet rasha l’isfel!

Milli jidher, il-bandiera ttegħllat fl-okkażjoni tal-laqgħa ġenerali annwali tal-Każin Laburista tal-Ħamrun stess.