Mara Maltija, Michelle Galdes, matul il-lejl li għadda sfat aggredita minn żagħżugħ barrani, aktarx Afrikan, li poġġielha flick knife ma’ għonqha biex serqilha l-handbag.
Il-każ seħħ ftit qabel nofs il-lejl, għall-ħabta tal-23:40 fl-inħawi ta’ Pjazza Sir Luigi Preziosi, bl-agressur li jidher li kien qed isegwiha hekk kif ħataf l-opportunita’ u kollox seħħ hekk kif ir-raġel li kien qed jakkumpanjaha tela’ sal-appartament taħhom.
L-agressur ħarab mill-post b’ammont żgħir ta’ flus, dokument tal-identita’ tal-mara u dokumenti oħra. Ixxukkjata b’dak li ġara, f’kummenti lil dan l-istazzjon tesprimi d-dispjaċir tagħha għal dan il-każ.
//= $special ?>