Tħabbar li ntlaħaq ftehim dwar Gvern ta’ għaqda nazzjonali fil-Libja. Pass importanti ħafna biex il-pajjiż jaqbad it-triq tal-istabbilta. Dan wara li l-ewwel proposta ta’ Gvern ma kienx aċċettat mill-Gvern ta’ Tobruk.
Fil-Gvern ġdid, frott tal-ftehim li kien hemm f’Diċembru fil-Marokk, se jkun hemm Fayez al Sarray, bħala Prim Ministru u 13-il Ministru u ħames Sottosegretarji fosthom tliet nisa.
Il-kabinett issa jrid l-approvazzjoni tal-Gvern bażat f’Tobruk biexjidħol fis-seħħ u jiġu xolti ż-żewġ Gvernijiet avversarji li hemm dak ta’ Tripoli u Tobruk.
//= $special ?>