Lokali

Iktar mistoqsijiet dwar in-nomina ta’ Caroline Farrugia Frendo

Iqumu iktar mistoqsijiet dwar l-eliġibilita’ tan-nomina tal-Avukat Caroline Farrugia Frendo bħala Maġistrat.

Artiklu fil-faccata tal-gazzetta Times of Malta jghid li fuq n-nomina ta’ bint l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti jista’ jkun hemm aktar mistoqsijiet minn dawk li diga’ hemm.

Membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja f’kummenti lill-gazzetta qal li membri tal-Kummissjoni m’humiex ċerti li ż-żmien li Farrugia Frendo għamlet bħala avukat jistax jingħad bħala rekwiżit ġustifikabbli u dan skont dak li titlob il-Kostituzzjoni. Membru fi ħdan il-Kummissjoni qal li skont klawsola fil-kuntratt tax-xogħol iffirmat minn Court Attorneys, jingħad speċifikament li huma ma jistgħux jipprattikaw bħala avukati. Jiġifieri iż-żmien li Caroline Farrugia Frendo għamlet bħala Court Attorney ma jistax jingħad bħala żmien li fih ipprattikat ta’ avukat.