Il-monument li jinsab fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja, li ġie inawgurat f’Novembru tal-2015 għall-Valletta Summit ġie jiswa lill-Gvern Malti €277,152.
F’risposta għall-mistoqsija Parlamentari mill-Membru Parlamentari David Agius, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta’ id-dettalji għall-ispiża tal-monument tal-irħam. Il-Prim Ministru qal li l-ispiża għall-materjal u l-forma ammonta għal total ta’ €177,000. Filwaqt li t-trasport, l-installazjoni u l-inġinerija ammontaw għal €33,040. It-tnejn provduti minn Halmann Vella Ltd.
Il-bażi magħmula mill-azzar ġiet tiswa €57,112 għall-materjal u l-ħidma fuqha, mingħand Atlas Tool Engineering Ltd. €10,000 oħra intefqu fuq disinn u moniteraġġ li ġew provduti minn Dr Vince Briffa.
Skont il-Prim Ministru, s’issa għad m’hemm l-ebda ħsieb biex dan il-monument jiċċaqlaq minn fejn qiegħed bħalissa. Dan il-monument sar b’direct order.
//= $special ?>