Lokali

Natura Malta m’għandiex tkun skuża għall-iżvilupp f’ODZ

Il-Front Ħarsien ODZ fi stqarrija irreaġixxa b’mod pożittiv għall-idea li titwaqqaf Aġenzija ġdida bl-isem Natura Malta – proposta li waslet mill-grupp indipendenti Today Public Policy Insitute (TPPI). Il-Front iżda insista li Aġenzija ta’ dan it-tip m’għandha qatt tkun mudell biex jiġi ġustifikat żvilupp f’ODZ bħal dak li se jsir fiż-Żonqor.

Fil-psoposti tiegħu t-TPPI qed jgħid li l-Aġenzija Natura Malta għandha jkollha rwol li tħares siti biswit żvilupp li jkun sar qrib il-kampanja jew qrib żoni rurali.

Il-Front Ħarsien ODZ qed jgħid illi mhux se jappoġġja din l-Aġenzija jekk tkun qed timmaniġja sit qrib il-bini tal-Ġordaniżi fiż-Żonqor. “L-aqwa mezz kif tipproteġi siti ODZ huwa billi tħarishom minn żvilupp li mhux sostenibbli”, isostni l-Front fi stqarrija maħruġa illum.