Lokali

“Paintings” – esebizzjoni tal-arti minn Gabriel Buttigieg

Nhar il-Ġimgħa li ġej mistennija titnieda l-esebizzjoni tal-arti “Paintings” mill-artist żagħżugħ Gabriel Buttigieg.

Din se tkun l-ewwel darba li Gabriel Buttigieg se jesebixxi waħdu, wara li bena bażi solida ta’ xogħol b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-figura umana, fejn toħroġ mhux biss t-teknika tiegħu fl-arti, imma wkoll l-abbilta’ li jittrażmetti wkoll emozzjoni.

Michael Fenech hu l-kuratur ta’ din l-esebizzjoni, li tibqa’ miftuħa sat-13 ta’ Marzu, kif ukoll il-persuna li editja fuljett informattiv li se jitqassam b’xejn lil dawk li jżuruha. L-esebizzjoni għandha l-appoġġ ta’ Heritage Malta u qed issir fil-bini ta’ Heritage Malta stess, fi Triq Melita, il-Belt Valletta.