Lokali

“Qalgħu l-knatan biex daħlu għandi u serquni” – sid ta’ ħanut f’Ħal Farruġ

Sid ta’ ħanut tal-merċa f’Ħal Farruġ, David Gatt, safa’ fil-mira ta’ persuna jew persuni mhux magħrufa li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda daħlu minn ħanut abbandunat, qalgħu l-knatan mill-ħajt u daħlu għandu.

Fuq ġewwa, il-ħalliel jew ħallelina ħallew ħerba sħiħa, serqu madwar €2,000 fi flus kontanti kif ukoll sigaretti u laptop li jammontaw għal iktar minn €1,000 oħra.

Imma fuq kollox ħadu magħhom memorji ta’ snin twal ta’ sid il-ħanut, fost l-oħrajn tat-tieġ tiegħu u tat-tfal. F’kummenti lil dan is-sit, Gatt qed jappella biex min wettaq dan l-att għallinqas jirritorna l-hard disk, u hu lest iħallas somma flus.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-ka u nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali, għalkemm il-każ hu wieħed diffiċli hekk kif fil-post m’hemmx kameras tas-sigurta’.