Lokali Qorti

Sejba ta’ pjanti tal-kannabis fl-għalqa ta’ missieru

Manuel Abela, ta’ 35 sena, dalgħodu tressaq il-Qorti wara li ġie akkużat bi tkabbir ta’ 35 pjanta tal-kannabis fl-għalqa ta’ missieru. Ir-raġel mix-Xgħajra, tressaq taħt l-akkużi li minħabba l-ammont ta’ pjanti li kellu dan ma kienx biss għall-użu personali, u kif ukoll minħabba l-pussess ta’ eroina. Apparti minn hekk, hu tressaq ukoll taħt il-pusses ta’ erba’ pitirossi, li huma għasafar protetta.

Il-maġistrat Ian Farrugia mexa l-każ, fejn l-prosekutur Josric Mifsud stqarr li l-Pulizija ħadet azzjoni kif waslu rapporti li hemm t-tkabbir tal-pjanti tal-kannabis fl-għalqa fix-Xgħajra.

Għal akkużat, deher l-avukat Noel Camilleri, fejn Manuel Abela ingħata liberta’ proviżorja wara li stqarr li m’huwiex ħati.