Il-Parlament approva b’mod unanimu riżoluzzjoni biex il-Gvern jaċċedi għall-European Molecular Biology Conference (EMBC) u l-European Molecular Biology Organization (EMBO).
Bl-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati ta’ din ir-riżoluzzjoni, Malta se tkun qed tingħaqad ma’ 27 membru stat meta taċċedi għall-European Molecular Biology Conference (EMBC). Meta taċċedi għall-European Molecular Biology Laboratory (EMBL) Malta tkun qiegħda tingħaqad ma’ 22 membru stat, li kollha jinkludu l-maġġoranza tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u xi wħud mill-pajjiżi ġirien.
B’dan, pajjiżna jkun jista’ jipparteċipa f’taħriġ, boroż ta’ studju u programmi ta’ riċerka fil-qasam tal-bijoloġija molekulari, ġenetika kif ukoll oqsma relatati ma’ dawn is-suġġetti.
Il-mozzjoni biex tiġi diskussa din il-mozzjoni tressqet mill-Ministru Evarist Bartolo u ġiet sekondata mill-Oppożizzjoni, mid-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech, li ngħaqad mal-Gvern dwar l-importanza ta’ dawn l-assoċjazzjonijet tal-Gvern u ta’ pajjiżna.
//= $special ?>