Lokali

IT-TIELET MEWT FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL : Raġel imut wara li waqa’ għoli ta’ sular

Ħaddiem tal-kostruzzjoni, x’aktarx barrani, miet wara li waqa’ għoli ta’ sular. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ wara nofsinhar fi Vjal De La Cruz, Qormi.

L-identità tal-vittma, li x’aktarx kien qiegħed jaħdem fl-istess sit u kien iċċertifikat mejjet fuq il-post, għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi qed jinvestigaw il-każ biex jiġi stabbilit x’wassal għal dan l-inċident kif ukoll inħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.

Aktar dettalji kif jaslulna …

incident xoghol 2