Tifel ta’ seba’ snin sofra xi feriti u ttieħed l-Isptar għall-kura wara li ttajjar minn vann f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ ftit qabel is-7am u immedjatament issejħet Ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
It-tifel, li fil-ħin tal-inċident kien ma’ ommu, ittajjar fi Triq il-Bajja s-Sabiħa kantuniera ma’ Misraħ is-Summit.
Il-vann involut fl-inċident hu tat-tip Toyota u kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Mosta.
//= $special ?>