Uffiċjal irtirat tad-dwana kien akkużat fil-Qorti li allegatament aċċetta kaxxa xorb biex ħalla Libjan jidħol fiż-żona ristretta tal-merkanzija fl-ajrupot fl-2013.
Philip Grech ta’ 61 sena minn Ħaż-Żebbuġ wieġeb mhux ħati li ħalla lil-Libjan Jamal Mesmeh Basher Al Gazali jidħol fiż-żona ristretta ħdejn il-conveyor belt. Minn fuq is-CCTV il-Libjan kien innotat jieħu diversi kaxxi minn fuq il-conveyor belt waqt li l-uffiċjal tad-dwana ma jgħidlu xejn. Jirriżulta li l-Libjan ħareġ miż-żona ristretta bi trolley b’madwar 12-il kaxxa, iżda joħroġ bi 11.
Il-kaxxa nieqsa instabet fl-uffiċċju tal-uffiċjal, li mal-pulizija qal li hu kien aċċetta l-kaxxa tax-xorb bħala forma ta’ ħlas.
L-avukat difensur tal-akkużat sostna li l-kaxxa kienet tħalliet hemm bi żball u kien il-Libjan li poġġieha fl-uffiċċju tal-akkużat. Il-Qorti se tanalizza s-CCTV.
//= $special ?>