Mużika

Ed Sheeran u Taylor Swift rebbieħa fil-Grammy Awards 2016

Il-kantanti Ed Sheeran u Taylor Swift huma fost ir-rebbieħa tal-Grammy Awards illi tħabbru ftit tal-minuti ilu f’Los Angeles.

Il-Grammy għall-Aqwa Diska tas-Sena intrebah minn “Uptown Funk” ta’ Mark Ronson u Bruno Mars. Ed Sheeran rebaħ il-Grammy għall-Aħjar Pop Performance, filwaqt li Taylor Swift ġiet inkurunata rebbieħa tal-unur għall-Aqwa Album Pop. Il-Grammy Award għall-Aqwa Album Rock intrebaħ mill-band Muse.