It-temp mill-isbaħ tal-aħħar jiem għamel lil pajjiżna l-post ideali għal Sports Illustrated, kumpanija internazzjonali li tippublika edizzjoni tas-Sajf għall-ilbies tal-baħar.
Dan il-magazine ilu jiġi ppublikat sa mill-1964, u din is-sena ntagħżel ukoll pajjiżna, bil-mudelli jippużaw għar-ritratti f’postijiet pittoreski bħall-Belt Valletta, il-Birgu, Marsaxlokk u t-Tieqa tad-Dwejjra.
Fil-filmat, il-mudelli jfaħħru kontinwament lil pajjiżna, b’mod speċjali għall-baħar u l-irdumijiet, it-tempji u l-knejjes, toroq pittoreski u binjiet mill-isbaħ fost ħafna “ħaġar prezzjużi moħbija” li jagħmluha post sexy għall-mudelli.
Din is-sena l-pubblikazzjoni se tkun waħda storika hekk kif għall-ewwel darba se jiġu ppublikati tliet faċċati differenti ta’ dan il-magazine, bil-mudelli Ronda Rousey, Ashley Graham u Hailey Clauson.
//= $special ?>