Internazzjonali

Imut l-eks Segretarju Ġenerali tan-NU Boutros Boutros-Ghali

Ftit tas-sigħat ilu tħabbret il-mewt ta’ Boutros Boutros-Ghali, il-politiku u diplomatiku Eġizzjan li fis-snin 90 serva għal mandat ta’ ħames snin bħala Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Hu miet l-Isptar fil-Kajr, fl-età ta’ 93 sena, fejn qed jingħad li kien ġie ammess wara li bata xi ksur.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li kien qed jiltaqa’ f’sessjoni, osserva minuta silenzju b’rispett għal Boutros-Ghali, li fl-1992 sar l-ewwel Għarbi li laħaq fit-tmexxija tal-organizzazzjoni. Boutros Boutros-Ghali kien żar Malta fil-bidu tas-snin 90 u fost l-unuri li kiseb tul karriera twila hemm l-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta.