Lokali

Jiċħad kull akkużi

Boban Jovanic ċaħad kull akkuża mressqa kontrieh mill-Komunita’ tas-Serbi f’Malta. Huwa qal li jidderiegi, hija organizzazzjoni volontarja registrata mal-Kummissarju Għal Organizzazzjonijiet Volontarji bin-numru ta’ reġistrazzjoni VO/1050 bl-iskop li tipprovdi informazzjoni u għajnuna b’xejn lin-nies ta’ nazzjonalita’ Serba li jgħixu f’Malta kif ukoll tippromwovi l-kultura Serba f’Malta. Dan tagħmlu, fost affarijiet oħra, billi tikkoopera ma’ diversi awtoritajiet Maltin u organizzazzjonijiet oħra f’Malta u barra minn Malta.

Huwa qal li minn naħa l-oħra l-Maltese-Serbian Community hija organizzazzjoni li tilqa’ biss 168 members fiha, liema membri jirrapprezentaw inqas minn 10% tas-Serbi li jgħixu f’Malta. Għalhekk, kuntrarjament għal dak allegat fl-artikolu in kwistjoni, hi ma tistax tgħid li tirrappreżenta jew li hi biss tista’ tirrappreżenta s-Serbi kollha li jgħixu f’Malta.

Jovanic qal li s-Serbian Information and Culture Center “EuroSerbia-Malta” m’ghandiex sistema ta’ membership, bħal ma għandha l-Maltese-Serbian Community, u tipprovdi s-servizzi tagħha lil kull persuna ta’ nazzjonalita’ Serba f’Malta li tixtieq tagħmel użu minnhom.

Huwa sostna li l-informazzjoni li għaddiet fil-konfront tiegħu jew tas-Serbian Information and Culture Center “EuroSerbia-Malta” mhix korretta u saret biss bħala malafama.