Eritean ta’ 25 sena inżamm arrestat wara li allegatament żamm lill-ex tfajla tiegħu barra mill-appartament tagħha.
Jamal Osman Humed, li ilu jgħix Malta sa mill-2013 wieġeb mhux ħati li żamm lit-tfajla kontra l-volontà tagħha u li kkaġunala feriti ħfief.
Jirriżulta li Humed kellu relazzjoni ma din it-tfajla u kien jgħix magħha għall-aħħar sena. Jirriżulta li hi riedet ittemm ir-relazzjoni miegħu, iżda l-Eritrean irrifjuta li jaċċetta. Meta nhar il-Ħadd it-tfajla kienet qed tħejji biex tmur għax-xogħol, hu ħadilha ċ-ċwievet u sakkar l-appartament biex ma jħallihiex toħroġ. Minkejja dan, hi rnexxielha toħroġ, iżda sabet il-bieb imsakkar meta rritornat.
//= $special ?>