Tikber il-kritika għall-monument li sar mill-Gvern quddiem Kastilja, u li issa sar magħruf illi biex issawwar dan il-monument fil-ġebla ġie jiswa’ €277,000.
Għal bosta, dan huwa ammont kbir ta’ flus. Għal nies bħall-opinjonista Salvu Mallia, li huwa wkoll preżentatur fuq TVM, dan huwa biss serq mill-fondi pubbliċi.
Fuq Facebook Salvu Mallia sostna li dan kien biss “serq ta’ flus minn ħalq il-poplu biex inpaxxu il-megalomanija ta’ bniedem wieħed!”
//= $special ?>