Internazzjonali

Taylor Swift tikteb paġna ġdida fl-istorja tal-Grammys

Il-kantanta Taylor Swift kisbet suċċess kbir fit-58 edizzjoni tal-Grammy Awards (Grammies) annwali organizzata fis-Staples Center ta’ Los Angeles, fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja.

F’din is-serata, l-album ta’ Swift, 1989, kien ivvutat bħala l-album tas-sena biex b’hekk hi saret l-ewwel mara li rebħet dan l-unur prestiġjuż għal darbtejn.

Swift kienet anki rikonoxxuta għall-Best Pop Vocal Album u l-Aħjar Video Mużikali għat-track li jismu Bad Blood u li hu inkluż fl-album 1989.