100 sena anniversarju mill-mewt tal-kittieb magħruf Dun Xand Cortis

Propju illum, il-kittieb tant magħruf Dun Xand Cortis jagħlaq 100 sena mill-mewt tiegħu.

Għal daqstant, ġiet organizzata ċerimonja mill-Fondazzjoni Wirt Vendriż biex tfakkar dan l-anniversarju, quddiem il-bust tiegħu li jinsab fil-ġnien Romeo Romano. Dun Xand Cortis hu magħruf fil-komunita’ ta’ Santa Venera bħala wieħed mill-pilastri biex dan ir-raħal inqata’ minn Birkirkara fis-sena 1913 bħala viċi-parroċċa.

Dun Xand Cortis twieled Ħad-Dingli fl-1856, u studja s-seminarju u l-Universita’ ta’ Malta. Fl-eta’ ta’ 19-il sena hu daħal il-kulleġġ tad-Dumnikani fir-Rabat fejn studja l-filosofija u t-teoloġija. Fl-1881 gradwa, u f’dik l-istess sena ħa s-sagrament tas-saċerdozju. Dun Xand Cortis hu meqjus bħala kittieb renomat fejn warajh ħalla sensiela ta’ kotba b’rabta mar-reliġjon nisranija.