Uffiċjali Griegi qalu li ajruplani militari Torok din il-ġimgħa daħlu fl-ispażju tal-ajru Grieg diversi drabi.
Kien hemm tal-anqas 20 inċident simili fiz-zona tal-Baħar Eġew hekk kif in-NATO qed tlesti ħidma kontra t-traffikanti tal-immigranti fit-Turkija, li bħall-Greċja hi membru tan-NATO, imma fil-passat kienu f’xifer gwerer minħabba tilwim territorjali. Iżda kien hemm żewġ ajruplani Torok li kienu armati u f’żewġ okkażjonijiet kien hemm tensjoni hekk kif irreżistew interċezzjoni ta’ ajruplani militari Griegi.
Il-Gvern Grieg hu mħasseb li t-Turkija tista’ tapprofitta mill-kriżi tal-immigrazzjoni biex issaħħaħ il-preżenza tagħha fil-Baħar Eġew fejn tgħid li għandha jedd fuq ħafna gżejjer Griegi barra l-kosta Torka.
Ajruplani Torok jidħlu fl-ispażju tal-ajru Grieg
