Lokali

Akkużi serji kontra Mario Philip Azzopardi

Mario Philip Azzopardi

Id-Direttur Artistiku ta’ Valletta 2018 Mario Philip Azzopardi qed jiġi akkużat li wettaq theddid permezz tal-konnessjonijiet politiċi li għandu. L-akkużi, ippubblikati illum fit-Times, jindikaw li Azzopardi imblokka l-aċċess ta’ artisti għal fondi pubbliċi.

Diversi artisti li tkellmu mal-ġurnal bl-Ingliż qalu li Azzopardi kien qed jaddotta attitudni abbużiva. Producer Kanadiż li ħadem ma’ Mario Philip Azzopardi spjega kif darba minnhom huwa ra lid-Direttur Artistiku ta’ V18 juża kliem vulgari fil-konfront ta’ diversi atturi.

Ftit tal-jiem ilu, il-Viċi Direttur Artistiku ta’ V18 Sean Buhagiar irriżenja minn produzzjoni teatrali wara argument sħun ma’ Mario Philip Azzopardi.

It-Times ikkuntatjaw lil Azzopardi, u dan minn naha tieghu qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu huma biss gideb. Sostna li huwa veru jappoġġja lill-Partit Laburista, issa inħatar fil-pożizzjoni li tiegħu fil-V18 għaliex għandu snin ta’ esperjenza.

Intant, f’kummenti li għaddiet lill-MaltaToday, l-esperta tal-istudji teatrali Vicki-Ann Cremona qalet li “kulħadd jaf bit-temperament ta’ Azzopardi, u l-karattru terribli tiegħu. Allura għaliex nies bħal Mario Philip Azzopardi qed jingħataw dawn il-positions of trust?”