…biex xi ħadd ikollu iżjed spazju għall-imwejjed u siġġijiet
Xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fiċ-ċentru ta’ Marsalforn f’Għawdex, se jwasslu biex parti minn triq tinbidel f’bankina wiesgħa, bl-iskop li jkun akkomodat persuna partikolari biex ikollu aktar spazju għall-imwejjed u siġġijiet.
F’ dawn il-ġranet fiċ-ċentru ta’ Marsalforn, eżatt fuq il-pont li jgħaqqad il-Menqa mal-front ta’ Marsalforn, kien hemm il-ħaddiema tal-Gvern biex nofs dik li sal-lum kienet triq, tinbidel f’ bankina wiesgħa. Jidher ċar li dawn ix-xogħlijiet se jwasslu biex titneħħa waħda miż-żewġ karreġġjati li kien hemm għall-karozzi biex din il-bankina sservi lil xi persuna partikolari.
Fuq iż-żewġ naħat diġà hemm bankina u fuq in-naħa tal-baħar hemm bankina li hi wiesgħa tant li minnha jistgħu jgħaddu n-nies fl-istess ħin. Minkejja dan, jidher li l-Ministeru għal Għawdex ħa deċiżjoni li jaqdi lil xi ħadd biex ikollu iżjed spazju fejn ipoġġi mwejjed u siġġijiet milli għandu bħalissa.
Snin ilu wkoll kien sar attentat simili, iżda Gvern tal-PN kien waqaf lil min ried iċekken it-triq u ma ħalliex dan ix-xogħol isir. Issa jidher li dak li ma rnexxiex snin ilu ser jsir illum. Ix-xogħol għaddej b’ritmu mgħaġġel.
Ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said saħaq fil-Parlament ilbieraħ, li hu tal-mistħija kif qed tkun ittrattata l-proprjetà pubblika fejn f’dan il-każ triq li tittieħed nofsha biex jitpoġġew aktar imwejjed ma’ dak li diġà hemm.
Chris Said saħaq li l-Ministru għal Għawdex għandu jispjega x’inhu għaddej u għandu jgħid għal min qed isir dan ix-xogħol, u għaliex ser tittieħed nofs it-triq.
//= $special ?>