Lokali

FILMAT: Evitata traġedja f’ Tal-Ibraġġ wara splużjoni ta’ ċilindru tal-gass

Żewġ persuni, mara tqila u anzjana ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba xi nirien li belgħu, wara li sploda ċilindru tal-gass fi blokka ta’ appartamenti.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00pm f’residenza fi Triq L-Istasija, fl-Ibraġġ. Il-pulizija kkonfermat li hekk kif ir-raġel kien fl-istess kamra li fiha kienu jinsabu żewġ ċilindri tal-gass, hu nnota nar ħiereġ minn wieħed miċ-ċilindri. Hekk kif ir-raġel ħareġ jiġri mill-kamra biex iċempel għall-għajuna iċ-ċilindru tal-gass sploda.

Fuq il-post issejħu tliet vetturi tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin, u b’hekk ġie evitat li jisplodi ċ-ċilindru tal-gass l-ieħor li kien fil-qrib ta’ dan li sploda.

Fil-ħin tal-isplużjoni fir-residenza kien hemm erba’ persuni u kelb.

Fortunatament ħadd minnhom ma ġarrab ġrieħi serji.

swieqi 1 USE

swieqi 2 USE