Internazzjonali

FILMAT : il-Papa “jirrabja” wara li kienu se jwaqqgħuh fil-Messiku

Waqt attivita’ li kienet qed tittella’ f’Michoacan, fil-Messiku, il-Papa Franġisku kellu mument rari ta’ irritazzjoni.

Dan meta f’ħin minnhom, il-Papa niżel minn fuq il-palk isellem lill-folla u kif jidher fil-filmat, il-Papa tilef il-bilanċ wara li persuna fil-folla li kellu quddiemu ġibditu lejha. Il-filmat juri lill-Papa Franġisku jeħodha miegħu wara li kien se jwaqqgħu fuq persuna b’diżabilita’ li kienet quddiemu fuq siġġu tar-roti.