Għalliema sofriet xi feriti meta sfat imsawta minn student. Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li l-każ seħħ ilbieraħ filgħodu, meta l-Għalliema fl-Iskola Primarja Santa Tereża f’Birkirkara għal xi raġuni kienet attakkata minn student.
NETnews.com.mt għamel kuntatt mal-Union tal-Għalliema (MUT), li min-naħa tagħha kkonfermat il-każ. F’kummenti, il-Viċi President Anzjan tal-MUT Marco Bonnici kkonferma li seħħet din l-agressjoni, filwaqt li qal li l-Għalliema sofriet xi feriti li kienu ċċertifikati minn Tabib.
Filwaqt li spjega li l-Għalliema bħalissa tinsab fuq ‘sick leave’, Marco Bonnici qal ukoll li l-Iskola ħadet azzjoni immedjata u ssospendiet lill-istudent.
Madankollu, kelliema għall-Pulizija qalet li s’issa, għadu ma daħalx rapport dwar l-inċident.
//= $special ?>