Lokali

Ikkontrollata ġlieda f’ Ta’ Farsina

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, kellhom jissejħu fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Farsina f’Ħal Qormi, wara ġlieda bejn numru ta’ persuni.

Il-każ seħħ ftit qabel id-21:00. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan il-każ għalkemm qalet li l-ġlieda kienet ikkontrollata fi ftit ħin.