Hija l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li għandha tiżgura illi l-Kostituzzjoni tkun rispettata u ma tinkisirx bil-ħatra ta’ Caroline Farrugia Frendo. Din hija l-pożizzjoni espressa mill-Kap tal-PN Simon Busuttil f’messaġġ li kiteb dalgħodu fuq Twitter.
Simon Busuttil qal li issa l-ballun jinsab f’saqajn il-President ta’ Malta.
Diversi esperti kostituzzjonali diġa’ esprimew il-fehma tagħhom illi l-kwistjoni tal-ħatra tat-tifla tal-Ispeaker bħala Maġistrat għandha tmur quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
//= $special ?>