Ambjent Lokali

Il-Ħamis: Mistenni riħ li jilħaq qawwa ta’ riefnu u baħar qawwi ħafna

Wara t-temp sabiħ li kkaratterizza l-aħħar xhur, b’nixfa qawwija li wasslet diffikultajiet għall-qasam tal-agrikoltura f’pajjiżna, fil-jiem li ġejjin it-temp mistenni jinbidel.

Dan hekk kif għal għada, l-uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar temp imsaħħab b’xi ftit xita kultant, li jisa’ jkun bir-ragħad u jsir ftit imsaħħab.

Barra minn dan, ir-riħ mistenni jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant jilħaq qawwa ta’ rifnu u l-baħar qawwi li jsir qawwi ħafna.

Iżda din is-sitwazzjoni jidher li se tkun biss waħda temporanja, bit-temperatura ta’ 16-il grad prevista għal għada titla’ sa 20 grad Celcius sat-Tnejn u b’temp xemxi.