Il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet ordna lill-Kummissarju tal-Artijiet biex iħallas €2,611,530 lil kumpanija privata bħala kumpens għal art li tteħditilha. Ir-rikors quddiem il-Bord infetaħ mill-kumpanija J.E.M. Investments Limited.
Il-każ beda fis-snin Sebgħin, meta l-art ittieħdet biex tiġi kkonvertita fi ġnien pubbliku f’Raħal Ġdid. Dan il-ġnien illum huwa magħruf bħala Ġnien Maggie Moran. Għalkemm sar dan l-iżvilupp kollu, l-art qatt ma ġiet uffiċjalment esproprjata mill-Gvern.
Il-Bord issa laqa’ t-talba tal-kumpanija u ordna li l-kumpanija tingħata kumpens ta’ €2,611,530.
//= $special ?>