Internazzjonali

Miet l-attur George Gaynes ta’ Police Academy

Tħabbret il-mewt tal-attur Amerikan George Gaynes f’eta ta’ 98 sena. Gaynes kien magħruf għall-parti ta’ Commandant Eric Lassard fis-serje ta’ films komiċi ‘Police Academy’.
Gaynes fost l-oħrajn kien ħadem ukoll flimkien mal-attur Dustin Hoffman fil-film ‘Tootsie’ u kellu wkoll partijiet f’serje televiżivi diversi bħal Mission: Impossible, The Six Million Dollar Man u Hawaii Five-0.
Ismu proprja kien George Jongejans u imwieled fil-Finlandja.
Gaynes kien irtira fl-2003 mill-industrja tal-films war ali kellu parti fil-film ta’ Ashton Kutcher ‘Just Married’.