Għall-Ministru Owen Bonnici, m’hemm l-ebda dubju dwar l-Avukat Caroline Farrugia Frendo. Madankollu, u minkejja li deċiż dwar dan, irrifjuta li jagħti mqar raġuni waħda għaliex ma jridx iressaq dan il-każ quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Fi tmiem attività li saret fl-Isla, mistoqsi minn NETnews, il-Ministru Bonnici qal biss li m’hemm l-ebda dubji dwar din il-ħatra. Dan minkejja li sa ftit jiem ilu biss, saħansitra kien l-Imħallef Emeritus u Espert tal-Liġi u tal-Kostituzzjoni Giovanni Bonello li qal li mhux għaqli li l-Gvern jibqa’ għaddej bin-nomina.
Minkejja dan, Owen Bonnici għamilha ċara li se jkompli jwebbes rasu u jmexxi b’din il-ħatra.
//= $special ?>