Il-UĦM Voice of the Workers fi stqarrija ddeplorat bla riservi l-kummenti u l-messaġġi ta’ theddid li rċeviet u qed tirċievi l-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola wara d-diskors li għamlet fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet.
Roberta Metsola għamlet referenza għall-attakki li seħħew lejlet l-ewwel tas-sena f’Cologne, fejn kien hemm attakki vjolenti kif ukoll sesswali fuq nisa, kif ukoll serqiet u reati oħrajn. Dawn l-attakki allegatament saru minn immigrant ta’ nisel Għarbi.
Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers tenniet l-appoġġ u s-solidarjetà mal-MEP Roberta Metsola.
//= $special ?>