Lokali Saħħa

SWINE FLU: f’Jannar kienu reġistrati aktar każijiet mis-sena ta’ qabel

epa05131723 Russian people wear masks on their faces to prevent the swine flu in Moscow's Metro, Russia, 28 January 2016. Swine flu complications killed 107 people, among them four pregnant women and eight children, in Russia. EPA/YURI KOCHETKOV

Matul ix-xahar li għadda kienu rrappurtati madwar 97 każ ta’ swine flu. In-numru ta’ każi rrapurtati f’Malta fl-aħħar ġimgħat hu aktar minn dak li kien irrapurtat mis-sena l-oħra.

Dan kien irraportat fil-gazzetta The Times u anke minn kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa. Għall-ewwel ġimgħatejn ta’ Frar jirriżulta li n-numru ta’ każijiet ta’ swine flu kienu ħafna iżda s’issa għadhom ma’ ħarġux ċifri. Minn naħa tiegħu l-Ministeru tas-Saħħa qed jgħid li s-sitwazzjoni hi taħt kontroll u li ll-virus A H1N1, tal-iswine flu kif kien fl-2009 issa qed ikun trattat bħala influwenza normali. Jirriżulta wkoll li n-numru ta’ każijiet li qed jiżdiedu jista’ jkun minħabba li qed isiru testijiet aktar rigorużi grazzi għal apparat mediku aktar avvanzat.

Dwar il-każijiet ta’ priġunieri li fl-aħħar ġimgħat kellhom jittieħdu l-Isptar għall-kura minħabba l-virus A H1N1, u li kawża t’hekk mietu żewġ priġunieri, skont il-Ministeru għall-Intern is-sitwazzjoni l-ħabs issa hi taħt kontroll.​