Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fl-Iskola San Anton fl-Imġarr, wara li ġġarraf ħajt għat-triq biswit.
Iċ-ċint kien qed jinbena bħala parti mill-proċess ta’ kostruzzjoni li għaddej bħalissa fuq sala tal-istess Skola.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident, għalkemm numru ta’ karozzi pparkjati ġarrbu ħsarat minħabba li ntradmu mill-ġebel li waqa’ fuqhom.
Nies li tkellmu ma’ NETnews stqarrew li minkejja li l-istudenti tal-iskola kienu waqt il-ħin tar-rikreazzjoni, huma kienu qegħdin il-bogħod miż-żona tal-inċident.
Ritratt meħud minn: Bay Easy
//= $special ?>