Il-Pollakk akkużat bil-qtil makabru ta’ għalliema tat-Taljan fil-Polonja mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum, aktarx biex jiġi estradit lejn pajjiżu biex ikun jista’ jwieġeb għall-akkużi kontrieh. F’pajjiżu, il-Pollakk jista’ jeħel sentenza ta’ għomru l-ħabs.
Hu mistenni jitressaq għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar wara li lbieraħ kien arrestat fil-venda tal-Belt Valletta.
NETnews.com.mt ilbieraħ irrapporta dettalji dwar il-qtil ta’ mara li kienet tgħallem it-Taljan lil Poznanski. Ġisem il-mara nstab imbiċċer f’bagalja u bir-ras maqtugħa.
Wara li Poznanski ħarab mill-Polonja, inħareġ mandat t’arrest Ewrpoew u l-investigaturi stabilixxew li r-raġel kien vjaġġa lejn il-Ġermanja, għall-Italja u eventwalment lejn Malta.
F’Malta hu kien qed joqgħod ġol-guest house ‘Aast’ minn fejn aktarx kien qed jippjana li jaħrab lejn l-Afrika.
//= $special ?>