Segwi l-intervista li dehret fil-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, mal-eks attakkant ta’ St. Andrews, Sliema Wanderers, Pietà Hotspurs, Valletta u Qormi, Anatole De Bono. F’din l-intervista De Bono jitkellem dwar diversi mumenti tal-karriera tiegħu inkluż għalfejn kellu jieqaf mill-futbol fl-età ta’ 31 sena.
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>