L-aħħar logħba tal-attakkant Montenegrin ta’ Balzan, Bojan Kaljevic kienet l-istaġun li għadda, preċiżament nhar is-17 t’April 2015 meta dak in-nhar Balzan għelbu lil Qormi 5-1. Kaljevic kien skorja żewġ gowls fl-ewwel għoxrin minuta logħob iżda sfortunatament weġġa’ u kellu jkun mibdul fit-58 minuta.
L-injury ta’ Kaljevic żammitu barra għal għaxar xhur iżda b’sagrifiċċju u impenn, kemm mill-plejer kif ukoll mill-klabb ta’ Balzan, l-attakkant eks Mosta reġa’ irritorna nhar il-Ħadd li għadda fid-dwell dirett li Balzan kellhom kontra Floriana. Daħal jilgħab għoxrin minuta mit-tmiem tal-partita u bl-iskor kien għadu 0-0. Tmien minuti wara, Kaljevic malajr sar l-eroj ta’ Balzan b’gowl sabiħ li fisser rebħa ta’ 1-0. Ritorn bil-kbir għal dan il-plejer. Kien għalhekk li l-programm Replay, permezz tal-Facebook Page tiegħu, iltaqa’ u tkellem ma’ dan il-plejer dwar ir-ritorn mill-aqwa li kellu.
Segwi din l-intervista:
Il-programmi Replay, li għal dawn l-aħħar snin kienu l-aktar favoriti minn fost il-programmi sportivi li jixxandaru f’pajjiżna skont surverys maħruġa mill-Awtoritá tax-Xandir u Media Warehouse, jixxandru fuq Net Television u Radio 101. Il-programm ewlieni hu dak tal-Ħadd fid-9:35pm fuq Net Television, imbgħad nhar ta’ Ġimgħa jixxandar Replay Preview, edizzjoni speċjali qabel kull programm sħiħ ta’ partiti mill-Kampjonat Premier u d-diviżjonijiet l-oħra tal-MFA filwaqt li nhar ta’ Tnejn fit-8pm, jixxandar il-programm popolari fuq ir-radju, Replay Ikompli fuq Radio 101.
Ritratt ta’ Christine Borg.
//= $special ?>