Ajruplani tal-gwerra tar-Royal Air Force (RAF) interċettaw żewġ bombers tar-Russja li kienu qed javviċinaw l-ispazju tal-ajru tar-Renju Unit.
Il-Ministeru tad-Difiża f’Londra qal li numru ta’ jet-fighters, tat-tip Typhoon, telgħu mill-bażi ta’ Coningsby, f’Lincolnshire, wara allert tas-sigurtà u li ż-żewġ bombers, tat-tip Blackjack, kienu eskortati lejn ‘zona ta’ interess’. L-ajruplani Russi fl-ebda ħin ma daħlu fl-ispazju tal-ajru Britanniku.
Kelliema għall-RAF qalu li inċidenti bħal dawn saru pjuttost komuni u li l-fighter-jets tal-qawwiet Britanniċi ‘jirreaġġixxu malajr għal dawn is-sitwazzjonijiet’. Osservaturi, fl-istess ħin, qalu li ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn l-ajruplani tar-Russi kellhom jidħlu fl-ispazju tal-ajru tar-Renju Unit u li l-inċidenti jindikaw ‘l-inklinazzjoni tar-Russja biex tagħmel wirja ta’ saħħa’.
Ir-RAF tinterċetta bombers Russi
